VERA Mill-Maltin ghall-Maltin

VERA Mill-Maltin ghall-Maltin VERA toffri firxa ta’ prodotti tat-tadam ta’ kwalità, magħmula minn tadam Malti b’togħma unika.

Il-firxa ta' prodotti ta' VERA tinkludi Kunserva, Sugu, Caponata u Polpa tat-Tadam, disponibbli fis-supermarkets u ħwienet madwar Malta u Għawdex.

🍅 RAVJUL BIZ-ZALZA TAT-TADAM TA' VERA U T-TEWM 🧄Ricetta sempliċi, iżda tajba wisq! 😋RICETTA:Ingredjenti:-3 ½ – 4 tużżani...
08/09/2026

🍅 RAVJUL BIZ-ZALZA TAT-TADAM TA' VERA U T-TEWM 🧄

Ricetta sempliċi, iżda tajba wisq! 😋

RICETTA:

Ingredjenti:

-3 ½ – 4 tużżani ravjul
-400g sugu tat-tadam ta' Vera
-6 sinniet tewm, imqatta’
-¼ tazza żejt taż-żebbuġa
-2 imgħaref kunserva tat-tadam ta' Vera
-Ħabaq frisk, imqatta’
-Melħ u bżar
-Ġobon Parmesan frisk maħkuk

Metodu:

Poġġi ż-żejt taż-żebbuġa u t-tewm ġo taġen kbir u fond. Sajjar sakemm it-tewm jirtab ftit, iżda oqgħod attent li ma jinħaraqx. Żid il-ħabaq u sajjar għal minuta oħra biss.

Żid il-Kunserva Vera u ħawwad sew. Imbagħad żid is-sugu tat-tadam ta' Vera, il-melħ u l-bżar. Ħalli z-zalza ttektek fuq nar baxx għal madwar 30 minuta jew sakemm tnaqqas u ssir eħxen.

Sadanittant, sajjar ir-ravjul skont l-istruzzjonijiet fuq il-pakkett. Qattar ir-ravjul sew u żidu maz-zalza tat-tadam. Ħawwad bil-mod b’paletta sakemm ir-ravjul jinkesa sew biz-zalza.

Servi r-ravjul bil-ġobon Parmesan frisk maħkuk u bżar frisk mitħun.

L-ikla t-tajba!

---

🍅 FRESH MALTESE RAVIOLI WITH VERA TOMATO & GARLIC SAUCE 🧄

A simple recipe, yet so delicious! 😋

RECIPE:

Ingredients:

3 ½ – 4 dozen Maltese ravioli
400g Vera Sugu
6 garlic cloves, roughly chopped
¼ cup olive oil
2 tablespoons Vera Kunserva
Fresh basil, chopped
Salt and pepper
Freshly grated Parmesan cheese

Method:

Add the olive oil and garlic to a large, deep pan. Cook until the garlic softens slightly, but be careful not to let it burn. Add the basil and cook for another minute.

Stir in the Vera Kunserva, then add the Vera Sugu, salt and pepper. Allow the sauce to simmer over low heat for around 30 minutes, or until it reduces and thickens.

Meanwhile, cook the Maltese ravioli according to the package instructions. Drain well and add to the tomato sauce. Gently stir with a spatula until the ravioli is evenly coated with the sauce.

Serve the ravioli topped with freshly grated Parmesan cheese and freshly ground pepper.

Enjoy!

04/09/2026

Minn żerriegħa għall-ħsad tat-tadam. 🍅

Din hi Joanne, magħrufa bħala Ta’ Xandru.

It-tkabbir tat-tadam huwa xogħol li jitlob ħafna paċenzja, kura u dedikazzjoni. Kollox jibda minn pjanta żgħira li, bil-mod il-mod, tikber, tagħmel il-fjuri u fl-aħħar tagħti l-frott tagħha.

Minn hemm ikompli x-xogħol: tisqija regolari, kura ta’ kuljum u attenzjoni kontinwa għal kull bidla fil-pjanta. It-tadam jeħtieġ ħafna ilma, iżda fuq kollox jeħtieġ min jieħu ħsiebu b’għożża u dedikazzjoni.

Sena wara sena, dejjem titgħallem xi ħaġa ġdida. Kull staġun iġib miegħu l-isfidi tiegħu, u kull sfida titlob għarfien, esperjenza u paċenzja.

U mbagħad jasal l-akbar sodisfazzjon: tara l-frott tax-xogħol tiegħek jinbidel fi prodott Vera, u tarah fuq l-ixkafef tas-supermarkets madwar Malta.

Għax wara kull prodott Vera hemm it-togħma tat-tadam Malti u d-dedikazzjoni tal-bdiewa Maltin. 🍅

_ _ _

From seed to tomato harvest. 🍅

Meet Joanne, known as Ta’ Xandru.

Growing tomatoes is a process that takes plenty of patience, care and dedication. It all starts with a small plant that, little by little, grows, produces flowers and eventually bears its fruit.

From there, the work continues: regular watering, daily care and constant attention to every change in the plant. Tomatoes need plenty of water, but above all, they need someone who will care for them with dedication and passion.

Year after year, there is always something new to learn. Every season brings its own challenges, and every challenge requires knowledge, experience and patience.

And then comes the greatest satisfaction: seeing the fruit of your hard work become a Vera product, and seeing it proudly displayed on supermarket shelves across Malta.

Because behind every Vera product is the taste of Maltese tomatoes and the dedication of our local farmers. 🍅

🍅 Tadam Malti ta’ VeraMagħmul minn tadam imkabbar lokalment u ppreparat b’għożża għal dawk l-ikliet li jlaqqgħu lil kulħ...
01/09/2026

🍅 Tadam Malti ta’ Vera

Magħmul minn tadam imkabbar lokalment u ppreparat b’għożża għal dawk l-ikliet li jlaqqgħu lil kulħadd madwar il-mejda.

Ingredjenti sempliċi. Togħma ġenwina. Eżatt kif għandu jkun.

--

🍅 Vera Maltese Tomatoes

Made from locally grown tomatoes and prepared with care for the meals that bring everyone together around the table. 🇲🇹

Simple ingredients. Authentic flavour. Exactly as it should be.

29/08/2026

Minn żerriegħa għall-Kunserva!

Dawn huma l-aħwa magħrufa bħala Taċ-Chunky – Albert, Pawlu u Victor.

Kull vażett jew bott tal-Kunserva Vera jibda fl-għelieqi tagħhom. L-ewwel jippreparaw l-art, jiżirgħu ż-żerriegħa u jpoġġu l-plastik biex jgħin lill-pjanti jikbru.

Imbagħad jiġi l-ħin tal-kura u l-attenzjoni – ħafna ilma, ħafna xogħol u paċenzja, sakemm it-tadam jieħu dak il-kulur aħmar sabiħ, sinjal li jkun wasal iż-żmien biex jinħasad. 🍅

Ħafna xogħol fl-għelieqi, imma meta tasal biex idduq il-prodott finali, is-sodisfazzjon ikun kbir.

Minn żerriegħa għall-Kunserva – bit-togħma tat-tadam Malti u x-xogħol ta’ niesna.

- - -

From Seed to Kunserva!

Meet the brothers known as Taċ-Chunky – Albert, Pawlu and Victor.

Every jar or can of Vera Kunserva begins in their fields. First, they prepare the land, sow the seeds and lay the plastic to help the plants grow.

Then comes the care and attention – plenty of water, hard work and patience, until the tomatoes reach that beautiful deep red colour, a sign that the time has come to harvest them. 🍅

It takes a lot of work in the fields, but when you finally taste the finished product, it’s all worth it.

From seed to Kunserva – with the taste of Maltese tomatoes and the hard work of our local farmers.

Kemm jekk qed tidlek il-Kunserva, jew iżżid is-sugu mal-għaġin biex tipprepara ikla tajba għall-familja… il-prodotti Ver...
27/08/2026

Kemm jekk qed tidlek il-Kunserva, jew iżżid is-sugu mal-għaġin biex tipprepara ikla tajba għall-familja… il-prodotti Vera huma dak li għandek bżonn fil-kċina ta’ kuljum. 🍅

Magħmulin minn tadam Malti, imkabbar lokalment u ppreparat kif jixraq, biex iżomm it-togħma tajba u tradizzjonali li mdorrijin biha.

VERA – it-togħma tat-tadam Malti fuq il-mejda tagħna. 🍅

_______________________________________________

Whether you’re spreading Kunserva, adding tomato sauce to your pasta to prepare a good family meal… Vera products are all you need in your everyday kitchen. 🍅

Made from locally grown Maltese tomatoes and prepared the traditional way, preserving the rich, authentic taste we know and love.

VERA – the taste of Maltese tomatoes on our tables. 🇲🇹🍅

Wara kull prodott ta’ Vera hemm l-għożża tal-bdiewa lokali, ix-xemx tas-sajf Malti, u l-wirt Malti tagħna.Il-kwalità tal...
08/08/2026

Wara kull prodott ta’ Vera hemm l-għożża tal-bdiewa lokali, ix-xemx tas-sajf Malti, u l-wirt Malti tagħna.

Il-kwalità tal-prodotti ta’ Vera tibda mill-art Maltija.

--

Behind every Vera product lies the care of local farmers, the warmth of the Maltese summer sun, and our rich Maltese heritage.

The quality of Vera products begins with the Maltese soil.

Il-Kunserva ta' Vera fil-bott iġġib fuq il-mejda t-togħma rikka u awtentika tat-tadam Malti. Dejjem lesta biex tagħmel d...
07/08/2026

Il-Kunserva ta' Vera fil-bott iġġib fuq il-mejda t-togħma rikka u awtentika tat-tadam Malti. Dejjem lesta biex tagħmel differenza f'kull riċetta.

Togħma ta' Vera f'kull platt.

---

Vera Kunserva brings the rich, authentic flavour of Maltese tomatoes to your table. Always ready to make every recipe even. better.

Vera the heart of every dish.

F’kull prodott ta’ Vera hemm storja ta’ ħidma, dedikazzjoni u rispett lejn it-tradizzjonijiet lokali. Mill-għelieqi tagħ...
01/08/2026

F’kull prodott ta’ Vera hemm storja ta’ ħidma, dedikazzjoni u rispett lejn it-tradizzjonijiet lokali. Mill-għelieqi tagħna sal-mejda tiegħek, naħdmu biex inwasslu l-aqwa tadam Malti, ipproċessat b’għożża f’kull bott u vażett. Għax għalina, il-kwalità u t-togħma awtentika huma wirt li jgħaddi minn ġenerazzjoni għal oħra.

---

Every Vera product tells a story of hard work, dedication, and respect for local traditions. From our fields to your table, we work to bring you the finest Maltese tomatoes, carefully processed and preserved in every can and jar. For us, quality and authentic flavour are a legacy passed down from one generation to the next.

30/07/2026

Dan huwa Joe, magħruf bħala tal-Vaxxel. 🍅

Joe huwa wieħed mill-bdiewa li b'għaqal, sengħa u ħidma kbira jkabbar it-tadam li minnu jsiru l-prodotti ta' Vera. L-għelieqi tiegħu jinsabu fit-tramuntana ta' Malta.

Kull prodott ta' Vera jibda minn hawn, mill-għelieqi ta' Joe u ta' bdiewa Maltin oħra. Il-ħidma tagħhom hija l-ewwel pass fi vjaġġ li jwassal it-togħma ġenwina sal-mejda tiegħek.

---

This is Joe, known to many as tal-Vaxxel. 🍅

JJoe is one of the farmers who, through knowledge, skill and hard work, grows the tomatoes that make Vera's products. His fields are located in the north of Malta.

Every Vera product begins here, in Joe's fields and those of other Maltese farmers. Their work is the first step in a journey that brings genuine flavour to your table.

🍅 It-tadam qiegħed jikber! Dalwaqt jasal iż-żmien biex jibda jinqata'.Kontu tafu li t-tadam huwa frott tas-sajf u jeħtie...
24/07/2026

🍅 It-tadam qiegħed jikber! Dalwaqt jasal iż-żmien biex jibda jinqata'.

Kontu tafu li t-tadam huwa frott tas-sajf u jeħtieġ mill-inqas 6-8 sigħat xemx kuljum biex jikber sew - perfett għas-sajf Malti! ☀️

---

🍅 The tomatoes are growing! Soon the harvest season will arrive.

Did you know that tomatoes are a summer fruit and need at least 6–8 hours of sunlight a day to thrive - perfect for the Maltese summer! ☀️

Address

Triq Is-Salib Tal-Imriehel, Central Business District
Birkirkara
BKR3000

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when VERA Mill-Maltin ghall-Maltin posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Business

Send a message to VERA Mill-Maltin ghall-Maltin:

Shortcuts

Share